Left arrow Mur Lura

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN NHAR IT-TNEJN 31 TA’ MARZU, 2014

pr140588
Date Icon 25/03/2014

Il-Kumitat Festi Nazzjonali  jħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar "Jum il-Ħelsien" nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu, 2014.

Ċerimonja Kommemorattiva

10.30a.m.        Marċ li jibda minn Triq ix-Xatt ta’ Bormla, Bormla jgħaddi minn Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu

10.45a.m.        Wasla tal-Banda u l-kontiġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien.

10.50a.m.        Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

10.53a.m.        Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni

10.55a.m.        Wasla tal-Prim Ministru

11.00a.m.        Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta

                        L-E.T. il-President ta' Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur

                        L-E.T. il-President ta' Malta flimkien mal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-Monument fejn jindaqq l-Innu tal-Ħelsien.

11.08a.m.        Mal-wasla tal-E.T. il-President ta’ Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-quċċata tal-Monument       tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti.

                        Jindaqq l-Innu Nazzjonali         

REGATTA

12.30p.m.        Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isports.  Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari.  Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax- "Shield" lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija ’Reserves’.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow