PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN NHAR IT-TNEJN 31 TA’ MARZU, 2014
Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar "Jum il-Ħelsien" nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu, 2014.
Ċerimonja Kommemorattiva
10.30a.m. Marċ li jibda minn Triq ix-Xatt ta’ Bormla, Bormla jgħaddi minn Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu
10.45a.m. Wasla tal-Banda u l-kontiġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien.
10.50a.m. Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
10.53a.m. Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni
10.55a.m. Wasla tal-Prim Ministru
11.00a.m. Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta
L-E.T. il-President ta' Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur
L-E.T. il-President ta' Malta flimkien mal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-Monument fejn jindaqq l-Innu tal-Ħelsien.
11.08a.m. Mal-wasla tal-E.T. il-President ta’ Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-quċċata tal-Monument tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti.
Jindaqq l-Innu Nazzjonali
REGATTA
12.30p.m. Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isports. Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax- "Shield" lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija ’Reserves’.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en