ĊERTIFIKATI TA’ CARE ASSISTANTS LIL 50 STUDENT
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Dr.Franco Mercieca llum ippreżenta ċertifikati ta’ Care Assistants lil 50 student li kkonkludew b’suċċess il-kors ta’ Care Assistants. Dan sar waqt ċeremonja fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Is-Segretarju Parlamentari qal li dan it-tagħlim u taħriġ tal-carers huwa essenzjali biex niggarantixxu livelli ta’ kura aħjar għall-anzjani fl-aktar żmien vulnerabbli tagħhom. Żied jgħid li l-carers illum saru parti integrali mil-kura tal-anzjani għax il-carers matul iż-żmien qegħdin jieħdu aktar responsabbilitajiet; u importanti li korsijiet bħal dawn ikomplu iħejju lill-ħaddiema f’dan is-settur biex ikunu aktar lesti għall-bżonnijiet diversi tar-residenti. “Il-pass li jmiss huwa li dawn il-korsijiet jiġu iżjed rikonoxxuti; u jkun hemm titjib ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol għal min jidħol għal dan l-impjieg. Hekk biss nistgħu nagħmlu qabża ta’ kwalità li tixraq; ” sostna is-Segretarju Parlamentari. F’din l-attività tkellmu wkoll Dr. Josianne Cutajar; il-Kap Eżekuttiv tar-Residenza San Vinċenz de Paul; u d-direttur tal-Anzjani u Kura fil-Komunità; is-Sur Raymond Dimech.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en