Left arrow Mur Lura

PANNELLI FOTOVOLTAJIĊI U DWAL ARTIFIĊJALI FIL-PITCH TAL-FUTBOL TAX-XAGĦRA

PR140578
Date Icon 24/03/2014

Waqt l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-installazjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi u dwal artifiċjali fil-pitch tal-football tax-Xaghra United, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Dr. Stefan Buontempo  sostna li kull klabb u assoċjazzjoni jrid ikun kreattiv u innovattiv mhux biss fl-ideat tal-proġetti li jrid iwettaq, iżda anki fil-finanzjament ta' dawn il-proġetti u l-amministrazzjoni ġenerali tal-klabb.

Dr. Buontempo semma’ kif grazzi għall-installazzjoni ta' pannelli solari fuq id-dressing rooms tal-pitch tal-futbol tax-Xagħra, dan il-klabb mhux biss ser jixgħel l-floodlights tal-grawnd kompletament b’enerġija innovattiva talli b’din is-sistema solari ser jiġġenera iktar elettriku li jer ikun qed jiġi mibjugħ lill-Enemalta.

Dr. Anton Refalo tkellem fuq il-prijoritajiet tal-Ministeru għal Għawdex fil-qasam sportiv. Huwa semma’ l-importanza li jkomplu jitjiebu l-faċilitajiet kemm tal-Gozo Stadium, kif ukoll tal-Klabbs Membri sabiex l-isportivi Għawdxin jkollhom l-aqwa  faċilitajiet kemm għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għal-logħob kompettitiv.

Dr. Refalo semma’ kif din is-sena ser jinġiebu żewġ tournaments internazzjonali f’Għawdex. Dawn huma l-UEFA Elite under 17 li ser jiġu f’Għawdex f’Mejju li ġej u r-Regions Cup tal-UEFA li ser jiġu jilgħabu f’Għawdex f’Ottubru li jmiss. B ’hekk grazzi għall-ħidma tal-gvern flimkien mal-Gozo Football Association, il-qasam sportiv qiegħed ukoll jikkontribwixxi b’mod konkret fl-Ekonomija Għawdxija. Dr. Buontempo u Dr. Refalo għamlu referenza għall-proġetti infrastrutturali li ser jibdew fiż-żmien li ġej, fosthom id-dressing rooms ġodda għas-Sannat grawd, flimkien max-xogħol fuq il-grawnds li jinstabu f’ Għajnsielem, l-Għarb u l-Qala.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow