Left arrow Mur Lura

MALTA U T-TURKIJA: OPPORTUNITAJIET KBAR TA' ĦIDMA REĠJONALI FIL- MEDITERRAN FL-OQSMA TAL-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA

pr140575
Date Icon 24/03/2014

F'laqgħa ta’ kortesija li saritlu llum mill-Ambaxxatriċi tat-Turkija għal-Malta, l-Eċċellenza Tagħha is-Sinjura Ayse Sezgin.  Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, qal li Malta u t-Turkija joffru potenzjal qawwi ta' opportunitajiet kbar fl-oqsma tal-Ambjent u t-Tibdil tal-Klima fuq livell reġjonali fil-Mediterran.

Huwa żied jgħid li wara l-laqgħat produttivi li huwa kellu mal-Ministru tal-Ambjent Tork, f’ Istanbul, f'Diċembru li għadda, ħareġ ċar li hemm lok qawwi ukoll għal ko-operazzjoni bilaterali li għandha  twassal għal Memorandum of Understanding bejn iż-żewġ pajjiżi ħalli dan kollu jkun jista’ jissarraf b'mod prattiku.

Il-Ministru Leo Brincat identifika it-tniġġiż tal-arja u l-ilma, l-iskart solidu  perikoluż, id-deforestazzjoni, it-Tibdil tal-Klima u l-bio-diversita' bħala oqsma  b'impatt dirett fuq is-saħħa u s-sigurta' tan-nies li ma għandhomx fruntieri.

Min-naħa tagħha l-Ambaxxatriċi saħqet li hemm lok għal ko-operazzjoni effettiva kemm politika kif ukoll teknika bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma Ambjentali u tal-Ekonomija l-Ħadra.  Min-naħa tal-Ambaxxata hi ser tkun qed taħdem biex jiġu ifformalizzati fl-iqsar żmien.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow