MALTA U T-TURKIJA: OPPORTUNITAJIET KBAR TA' ĦIDMA REĠJONALI FIL- MEDITERRAN FL-OQSMA TAL-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA
F'laqgħa ta’ kortesija li saritlu llum mill-Ambaxxatriċi tat-Turkija għal-Malta, l-Eċċellenza Tagħha is-Sinjura Ayse Sezgin. Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, qal li Malta u t-Turkija joffru potenzjal qawwi ta' opportunitajiet kbar fl-oqsma tal-Ambjent u t-Tibdil tal-Klima fuq livell reġjonali fil-Mediterran.
Huwa żied jgħid li wara l-laqgħat produttivi li huwa kellu mal-Ministru tal-Ambjent Tork, f’ Istanbul, f'Diċembru li għadda, ħareġ ċar li hemm lok qawwi ukoll għal ko-operazzjoni bilaterali li għandha twassal għal Memorandum of Understanding bejn iż-żewġ pajjiżi ħalli dan kollu jkun jista’ jissarraf b'mod prattiku.
Il-Ministru Leo Brincat identifika it-tniġġiż tal-arja u l-ilma, l-iskart solidu perikoluż, id-deforestazzjoni, it-Tibdil tal-Klima u l-bio-diversita' bħala oqsma b'impatt dirett fuq is-saħħa u s-sigurta' tan-nies li ma għandhomx fruntieri.
Min-naħa tagħha l-Ambaxxatriċi saħqet li hemm lok għal ko-operazzjoni effettiva kemm politika kif ukoll teknika bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma Ambjentali u tal-Ekonomija l-Ħadra. Min-naħa tal-Ambaxxata hi ser tkun qed taħdem biex jiġu ifformalizzati fl-iqsar żmien.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en