Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr140573
Date Icon 24/03/2014

Fir-rigward tal-applikazzjoni li qed tiġi diskussa quddiem il-MEPA dwar l-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-gass, il-Gvern ried li l-applikazzjoni tiġi proċessata u deċiża mill-MEPA skont il-provedimenti tal-liġi u ma intervjena bl-ebda mod fil-proċess tal-applikazzjoni.

Issa ġaladarba l-applikazzjoni tkun determinata mill-Bord tal-MEPA skont il-liġi, l-istess provedimenti tal-liġi jagħmluha ċara li x-xogħlijiet ma jistgħux jitwaqqfu f'każ li jkun hemm talba għal sospensjoni tax-xogħlijiet minn xi parti interessata fi stadju ta' appell quddiem it-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u dan peress li tali żvilupp huwa ta' importanza strateġika u allura jinkwadra fit-termini tal-Artikolu 41(3) tal-kap 504 tal-Liġijiet ta' Malta, fejn hemm provdut li t-Tribunal m'għandux il-poter iwaqqaf xogħlijiet approvati mill-MEPA u li jkunu ta' importanza strateġika.

Tajjeb infakkru li kien gvern Nazzjonalista li introduċa u uża ħafna drabi dan id-dispost fil-liġi u allura l-aġir tal-Oppożizzjoni huwa intiż biss biex jostakola l-proġett. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow