Left arrow Mur Lura

IS-SOĊJETÀ FILARMONIKA SLIEMA TINVESTI F’UŻU AKTAR EFFIĊJENTI TAL-ENERĠIJA

pr140563
Date Icon 22/03/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg attenda għall-ftuħ ta’ proġett li kien jinvolvi installazzjoni ta’ panelli fotovoltajiċi fuq il-bini tas-Soċjetà Filarmonika Sliema. Dan il-proġett ġie parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali b’investiment ta’ €97,246.

Dr Borg fl-indirizz tiegħu waqt din l-attività tkellem fuq l-aċċess għall-Fondi Ewropej minn Għaqdiet mhux Governattivi bħal Każini tal-Baned. Huwa qal li dawn l-għaqdiet għandhom iħarsu lejn interventi orizzontali u mhux diretti sabiex jibbenefikaw minn Fondi Ewropej. Dan għaliex l-Unjoni Ewropea fis-seba’ snin li ġejjin sejra tiffoka l-eliġibbiltà għall-finanzjament fuq interventi li jħallu tkabbir ekonomiku, ħolqien ta’ impjiegi u ambjent dejjem aktar nadif.

Is-Segretarju Parlamentari għalhekk qal li l-għaqdiet mhux governattivi fis-snin li ġejjin għandhom jippruvaw ukoll japplikaw għall-fondi li għalkemm ma jħallux impatt dirett fuq l-għaqda, jgħinu sabiex l-għaqda taħdem aktar b’mod effiċjenti. Filfatt f’dan il-proġett is-Soċjetà Filarmonika Sliema qegħda tnaqqas l-ispejjeż tagħha għar-rigward tal-konsum elettriku filwaqt li tippromwovi użu aktar effiċjenti tal-enerġija.

Fl-għeluq tad-diskors tiegħu Dr Borg irringrazzja lil dawk preżenti għall-ġid li qegħdin jagħmlu permezz tal-involviment tagħhom fl-għaqda mużikali fejn qed ikomplu jkattru fost iż-żgħażagħ element kulturali u mużikali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow