Left arrow Go Back

IL-MINISTRU HELENA DALLI ŻŻUR L-ATTIVITÀ CELEBRATING DIVERSITY

pr140562
Date Icon 22/03/2014

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Dr Helena Dalli żaret l-attività Celebrating Diversity li kienet organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, l-NCPE, fil-Belt Valletta.

L-għan ta’ din l-attività kien il-promozzjoni tad-diversità kulturali permezz tal-mużika, żfin, arti, crafts u attivitajiet oħra. Il-Ministru Dalli faħħret l-inizjattiva tal-NCPE, filwaqt li semmiet il-kampanja li nediet din il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Ugwaljanza.

Fil-fatt l-NCPE aktar kmieni nediet il-kampanja ‘Have Your Say’ fejn qiegħda tħeġġeġ lin-nies sabiex jipparteċipaw billi jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar id-diskriminazzjoni, kemm jekk esperjenzawha huma inkella kienu jafu b’xi każi ta’ diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza ta’ kull sena tirċievi għadd kbir ta’ ilmenti, fejn ħafna minnhom għandhom x’jaqsmu ma’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, l-aktar diskriminazzjoni sesswali.

Filwaqt li rringrazzjat lill-NCPE il-Ministru Helena Dalli qalet li wasal iż-żmien li din tiġi mwessa’ u li ssir Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan il-gvern kommess li jagħti prijorità lid-drittijiet tal-bniedem. Bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku fuq dan il-qasam. Wieħed jista’ jikseċb aktar informazzjoni mis-sit tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow