Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

pr140555
Date Icon 21/03/2014

10 psikologi ġodda jingħataw il-warrant

Għaxar psikologi ġodda ngħataw il-warrant mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca bil-għan li jkunu jistgħu jibdew jipprattikaw din il-professjoni.

F’ċerimonja li saret fil-bini tal-Ministeru, il-Ministru Coleiro Preca qalet li sfortunatament m’hemmx biżżejjed viżibilità ta’ din il-professjoni.

Għalhekk hi insistiet li lkoll flimkien għandna naħdmu biex intellgħu l-viżibilità tal-professjoni.

Il-Ministru Coleiro Presa sostniet li llum għad hawn persuni li jħarsu lejn il-psikologu b’ċertu stigma u segwentament ma jfittxux l-għajnuna li jkollhom bżonn.

Il-Ministru qalet li rridu nbiddlu din il-mentalità bil-għan li s-soċjetà tagħna tkompli tikber u timmatura fi ħsibijietha u tfittex l-għajnuna meta tiġi bżonnha.

Il-Ministru temmet billi awgurat il-psikologi l-ġodda f’ħidmiethom fis-soċjetà bil-għan li l-poplu jkun aktar b’saħħtu u kapaċi jiffaċċja kull sitwazzjoni f’ħajtu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow