Left arrow Mur Lura

L-UGWALJANZA FIS-SOCJETÀ TIBDA FL-ISKEJJEL

pr140553
Date Icon 21/03/2014

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili, Helena Dalli u l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xoghol, Evarist Bartolo, indirizzaw konferenza stampa fl-iskola Primarja (A) tal-Mosta fuq it-tema tal-ugwaljanza, bi prijorità tkun l-edukazzjoni minn età żgħira.

Il-Ministru Dalli qalet li fl-ewwel sena fit-tmexxija dan il-Gvern wera bil-fatti kemm hu kommess li jaħdem biex isaħħaħ il-libertajiet ċivili ta' kull persuna. Fl-ewwel ġimgħat ġie emendat l-kodiċi ċivili biex persuni li jkunu għaddew minn bidla fil-ġeneru jingħataw id-dritt li jiżżewġu. Twaqqaf ukoll kunsill konsultattiv biex jipproponi liġijiet u miżuri li jolqtu lill-persuni LGBTI. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jiġi introdott id-dritt ta l-unjoni civili kemm għall-koppji tal-istess sess kif ukoll għall-koppji eterosesswali.

Dr Dalli tkellmet dwar il-proċess ta' konsultazzjoni li nieda l-Ministeru immexxi minnha biex il-Kummisjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza tinbidel f'Kummisjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza ibbażata fuq il-Principji ta' Pariġi.  Ħabbret ukoll li waslu fi stadju finali l-preparamenti biex jiġi ppreżentat l-abbozz ta' liġi dwar l-identità tal-ġeneru.

Il-Ministru Dalli qalet li filwaqt li l-liġijiet huma importanti, biex verament inkunu inklussivi irid ikollna soċjetà li tħaddan d-diversità. Għaldaqstant hemm bżonn ta' enfasi ikbar fuq l-edukazzjoni sa minn età żgħira biex ngħelbu l-preġudizzji. Il-Ministru Dalli qalet li llum f'Malta għandna diversi skejjel li għandhom tfal minn razez, kulturi u familji differenti li qed jikbru u jitgħallmu flimkien u dan għandu jservi ta' eżempju għas-soċjetà kollha. 

Il-Ministru Evarist Bartolo saħaq kif il-klassi hija eżempju ta’ kif nies b'kulturi differenti jistgħu jingħaqdu u jgħinu lil xulxin b'rispett u mħabba. Huwa qal li diversi skejjel jagħmlu inizjattivi biex jiċċelebraw id-diversità fil-klassijiet tagħhom u semma kemm hu importanti li jkun hemm edukazzjoni wiesa biex tfal jitgħallmu wkoll fuq il-kulturi differenti li ġejjin minnhom sħabhom fil-klassi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow