L-ISPORT GĦANDU JKUN GĦAL KULL ABILTÀ
Id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura jinforma lill-pubbliku ġenerali li se jiġu aċċettati applikazzjonijiet minn sidien ta’ bastimenti rikreazzjonali, li huma interessati li jipparteċipaw fil-sajd rikreattiv għat-tonn, mis-16 ta 'Ġunju u 14 ta’ Ottubru, 2014
L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru:
mid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura Għammieri
Ngiered Road,
Marsa MRS 3303
Attenzjoni: Sga. Lucienne Cassar
jew
mill-Uffiċċju tas-Sajd
Imġarr
Għawdex
Attenzjoni: Is-Sur Mario Tabone
L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa għandha tiġi sottomessa fl-istess indirizzi, bejn il-25 Marzu u l-11 ta’ April, 2014, bejn it-0800 ta’ filgħodu u nofsinhar, mit-Tnejn sal-Ġimgħa jew billi tintbagħat bl-email fuq infofisheries.msdec@gov.mt
Applikazzjonijiet li jintbagħatu tard ma jiġux ikkunsidrati.
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura fuq telefon 22921111 jew ibgħat email fuq infofisheries.msdec@gov.mt
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en