Left arrow Mur Lura

L-ISPORT GĦANDU JKUN GĦAL KULL ABILTÀ

pr140547mt
Date Icon 21/03/2014

L-ugwaljanza tfisser li kull persuna, irrispettivment mill-abiltajiet tagħha, jkollha l-opportunita' teżerċita d-drittijiet fundamentali tagħha. Tfisser li ħadd ma jkun miċħud mill-aċċess għal servizzi, xogħol, edukazzjoni, żvilupp ekonomiku u l-allokazzjoni ta' riżorsi jew benefiċċji.

Waqt li żar il-Pixxina Nazzjonali, is-Segretraju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo attenda sessjoni ta' għawm għal persuni b'abilitajiet varji.

Stqarr li dan huwa xhieda ħajja li dan il-Gvern qed iwettaq il-kunċett ta' ugwaljanza. “Il-persuni li qegħdin naraw illum”, żied jgħid Dr Buontempo, “m’humiex diżabbli, iżda għandhom abilitajiet li huma differenti minn tiegħi”.

Sostna li nemmnu li s-soċjeta' għandha takkomoda kull bżonn b'mod apert, mingħajr sens ta' ħniena. M’huwiex b'att ta' karita' li faċilita' bħall-pixxina issa hija aċċessibbli għal dawn il-persuni, iżda bi dritt. L-ikbar vantaġġ tal-inklużjoni ta' kull abilita' fis-soċjeta' hija li għandha twassal għal tibdil fil-kultura tagħna. Kultura li ma tiddiskriminax ma’ individwu ghax sempliċement irid sistema differenti ta' aċċess għal faċilita'. Lanqas tiddiskrimina ma’xi ħadd li intelletwalment għandu abilitajiet hekk imsejħa differenti, għaliex l-eżerċizzju fiżiku jagħmel ġid lil kuħadd.  

Infatti b'mod partikolari, kif sostna Stefan  Buontempo, diversi studji juru li l-ilma, l-għawn u eżerċizzji fl-ilma kapaċi jwasslu għal kundizzjoni ta' saħħa aħjar, f'kull persuna.

Is-Segretarju Paralmentari Buontempo fakkar li persuni b'abilitajiet fiżiċi differenti jistgħu jibbenefikaw bi kbir mill-għawm. Jgħinhom, fost oħrajn, fil-kontroll tal-piż tagħhom, fil-flessibilta', fiċ-ċirkolazzjoni u t-titjib tal-qagħda tal-muskoli. Iżda jtejjeb ukoll il-mod li bih iħarsu lejhom infishom u lejn il-ħajja,  u fit-tnaqqis tal-istress. Lkoll nafu li l-eżerċizzju fiżiku jgħin biex wieħed iħares lejn il-ħajja b'aktar pożittivita'.

Buontempo zied jgħid li bi pjaċir kbir osserva mill-qrib it-tnedija ta' Politika Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, li ġiet imfassla prinċiparjament minn persuni b’diżabilità u l-qrabat tagħhom. Din hija politika li għandha l-iskop li twitti t-triq għal-ħolqien ta’ Strateġija u pjan Nazzjonali għall-qasam tad-Diżabilità, xi ħaġa li ma kienitx teżisti qabel, u għalhekk feraħ lis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.

Is-Segretarjat għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport  se jimxi fuq l-istess binarji; se joħoloq aktar opportunitajiet biex kull persuna, anki dik li l-bżonnijiet tagħha huma differenti, tkun tista' teżerċita ruħha.

Stefan Buontempo stqarr li ħafna drabi, fid-diskors tagħna, nitkellmu dwar problemi li jaffaċjaw persuni li għandhom ħtiġijiet partikolari. Wasal iż-żmien li nixħtu ħaristna lejn l-abilitajiet ta' dawn il-persuni u nistaqsu: x'kapaċi jagħmlu? Wara, noħolqu servizzi li jippermettu dawn l-abilitajiet jiġu attwati.

B'hekk dawn il-persuni ma jibqgħux jgħumu kontra l-kurrent, f'ħajja li fiha ħafna drabi l-ostakli noħolquhom aħna stess.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow