STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTA' NAZZJONALI
L-Oppożizzjoni kontra l-ftehim mal-Unjoni Ewropea
Il-Gvern jinnota l-aħħar manuvra tal-Oppożizzjoni biex jibqa' jostakola l-programm ta' ċittadinanza b'investiment li huwa l-unika wieħed li għandu l-approvazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej.
L-avviż legali li qed tibqa' topponi l-Oppożizzjoni kien mifli bir-reqqa mis-servizzi legali tal-Kummissjoni Ewropea. Effettivament l-Oppożizzjoni qiegħda tmur saħansitra kontra l-approvazzjoni li tat il-Kummissjoni Ewropea.
Il-Gvern qatt ma kellu problema jiddibatti dan is-suġġett fi kwalunkwe forum neċessarju, mill-MCESD sal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament. L-istess se jiġri issa.
Illum jeżisti kunsens dwar il-programm ta' ċittadinanza b'investiment bl-Oppożizzjoni iżolata topponi programm li jdaħħal lil pajjiżna mal-elf miljun ewro.
Wasal iż-żmien li l-Oppożizzjoni tirrealizza li waqt li hi mwaħħla fin-negattiviżmu, pajjiżna miexi 'il quddiem u qed jikseb riżultati mportanti bi tkabbir ekonomiku li huwa d-doppju li kien fl-2011 u l-2012, qed jaqta' d-deficit eċċessiv li ħalla l-Gvern preċedenti u dan kollu waqt li l-Gvern qed iwettaq il-programm elettorali tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en