STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI FIL-JUM INTERNAZZJONALI GĦALL-ELIMINAZZJONI TAD-DISKRIMINAZZJONALI RAZZJALI
Fil-jum internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Libertajiet Ċivili u Affarijiet tal-Konsumatur Dr. Helena Dalli qalet li l-Gvern huwa kommess li jkompli jaħdem sabiex titkattar il-ħidma fil-qasam leġislattiv bil-għan li jissaħħu d-drittijiet ta’ kull persuna hi x’inhi r-razza tagħha.
Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali qiegħed jaħdem fuq struttura mportanti biex tissalvagwardja d-drittijiet ta’ kull persuna. Dan ser isir permezz ta’ riforma fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE) li se twassal għat-twaqqif ta’ Kummissjoni għall-Ugwaljanza u Drittijiet tal-Bniedem. Din l-istituzzjoni se tkun ibbażata fuq il-Prinċipji ta’ Pariġi. Bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni pubblika għat-twaqqif ta’ din il-kummissjoni. Il-Ministeru hu mpenjat li jkompli jaħdem biex tingħeleb ix-xenofobija u tiġi eliminata kull forma ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ razza. Il-Ministru Helena Dalli tgħid li minbarra l-liġijiet u l-istituzzjonijiet hemm bżonn enfasi kbira fuq l-edukazzjoni. Permezz ta’ l-edukazzjoni jista’ jkollna bidla fil-kultura u soċjetà aktar inklussiva. Għalhekk huwa mportanti li nkomplu ninvestu fit-tfal tagħna, sabiex nassiguraw futur mingħajr preġudizzji. Huwa biss bl-inklużjoni soċjali li pajjiżna jilħaq ahjar il-potenzjali ekonomiċi u soċjali tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en