Left arrow Mur Lura

LAQGĦA BEJN IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWARD ZAMMIT LEWIS U L-KUMITAT EŻEKUTTIV TAN-NEGOZJI FIS-SETTUR TAT-TEKNOLOĠIJA U L-INFORMATIKA, TAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ

pr140540
Date Icon 20/03/2014

Is-Segretarju Parlamentari Dr. Edward Zammit Lewis iltaqa’ mal-Kumitat Eżekuttiv  tan-negozji fis-settur tat-Teknoloġija u l-Informatika, tal-Kamra tal-Kummerċ, fejn ġew diskussi diversi temi li jaffetwaw b’mod dirett lil din l-Industrija tant importanti għall-pajjiżna. Il-laqgħa saret fis-Segretarjat Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, House of Catalunya l-Belt Valletta.

Il-Kumitat faħħar ix-xogħol li qiegħed issir mill-Malta Information Technology Agency (MITA). Fil-laqgħa ġew diskussi diversi temi ta’ interess, fosthom; l-ITProcurement tal-Gvern b’mod ġenerali u l-pjanijiet tal-Kummissjoni Ewropeja għall-ekonomija diġitali.

Is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis saħaq l-impenn tiegħu li jżomm kuntatt regolari u jikkonsulta mill-qrib mal-Kamra tal-Kummerċ għal dik li hija ekonomija diġitali u sostna li l-Gvern huwa kommess li jgħin lil din l-industrija biex tħares ‘il barra minn xtutna skont il-kunċett tal-‘BORN GLOBAL’

Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll iċ-chairman eżekuttiv tal-MITA, is-Sur Tony Sultana.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow