Left arrow Mur Lura

38 PERIT ĠDID JINGĦATAW IL-WARRANT

pr140532
Date Icon 20/03/2014

38 perit ġdid ingħataw il-warrant mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi biex ikunu jistgħu jibdew jipprattikaw din il-professjoni.

F’ċerimonja li saret fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom, il-Ministru Joe Mizzi tkellem dwar il-proġetti ambizzjużi li l-Gvern għandu għall-ħames snin li ġejjin u għalhekk, il-ħtieġa li dawn il-periti jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom.

Waqt li faħħar il-kapaċitajiet tal-periti Maltin, il-Ministru qal li l-periti ġodda llum qegħdin jaraw il-frott tas-sagrifiċċji li għamlu matul l-istudji tagħhom u qal li t-triq quddiemhom hija waħda twila li tkompli tibni fuq dawn is-suċċessi.

Huwa awgura lill-periti l-ġodda u appellalhom biex jaħdmu bil-għaqal. Temm jgħid li x-xogħol huwa pilastru importanti fil-ħajja tagħna u jekk ikun hemm impenn u dedikazzjoni, dawn iħallu l-frott kemm għas-sodisfazzjon personali u kemm biex inkomplu nsebbħu lil pajjiżna b’iżjed proġetti sbieħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow