Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ĠUSTIZZJA JIDDISKUTI L-VIŻJONI TAL-GVERN DWAR IL-ĠUSTIZZJA

pr140524
Date Icon 18/03/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Dr. Owen Bonnici llum wara nofsinhar żar l-Università biex jiltaqa' ma’ membri tal-Għaqda Studenti tal-Liġi, fejn flimkien iddiskutew il-qasam tal-Ġustizzja.

Dr. Bonnici qal li l-qofol tax-xogħol tiegħu jindirizza essenzjalment l-ugwaljanza. Ugwaljanza li tfisser ġustizzja li verament taħdem u mhux li tissuppervja man-nies. Ġustizzja li nifmuha u mhux waħda li tingħalaq fiha nnifisha. Ġustizzja li tagħti l-eżempju u tkun konxja li għajnejn is-socjetà huma fuqha, speċjalment bid-daqqiet kbar li ħadet matul l-aħħar 10 snin. Ġustizzja fejn verament kulħadd ikun stmat l-istess.

 Ġustizzja li tifhem ukoll ir-realtajiet ġodda u tinduna li ħafna drabi qed nikkundannaw aktar żgħażagħ għal ħajja ta’ kriminalità, minflok ta’ riforma. Hawn ukoll irridu nimxu mazż-żminijiet. Irridu nirrikonoxxu li wasal iż-żmien għal bidla fil-liġijiet tagħna dwar droga. Dan se jkun dibattitu delikat, iżda bżonnjuż fl-istess ħin. Il-viżjoni tagħna hija li ngħinu u mhux nikkastigaw, li nkunu raġjonevoli u mhux ninżlu bl-id tal-ħadid fuq min ikun għamel żball darba, u nikkundannawh b’mod sproporzjonat.

Ġustizzja li tara li l-politiċi f’ pajjizna jinżammu responsabbli, li nipproteġu lil min irid li ssir ġustizzja, li nassiguraw li dak li qatt ma sar qabel – li naraw li flus li jingħataw lil partiti jkunu regolati – jsir bla dewmien u li b’ hekk verament nassiguraw it-trasparenza.

Tkellem ukoll il-President tal-Għaqda Studenti tal-Liġi, Clive Gerada fejn qal li huwa ta' unur għall-GĦSL li ingħataw iċ-ċans biex isemmgħu leħinhom.

Is-Sur Gerada ppreżenta formalment lis-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja l-proposti tal-għaqda dwar il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

Dr. Bonnici semma kif il-Justice Scoreboard li ġie ppublikat ilbieraħ mill-Kummissjoni Ewropea u li hu bbażat fuq statistika ta’ sentejn tista’ sservi ta’ reminder ta’ kemm il-pajjiż għad għandu sfidi u sforzi nazzjonali x’jagħmel – biex iġib ‘il quddiem dan il-qasam.

Finalment is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja fakkar fix-xogħol li qed iwettaq dan il-Gvern, Gvern li jaħdem f’kull settur. Owen Bonnici semma t-tneħħija tal-preskrizzjoni minn reati ta’ korruzzjoni, il-Whistleblower’s Act, il-liġijiet u emendi ġodda li għaddew dwar il-protezzjoni tat-tfal, l-infurzar tal-liġi ta’ avukat waqt arrest u l-liġi li għaddejja bħalissa biex jingħata dritt għal vot lil min ikun fuq sentenza sospiża, dawn huma fost id-drittijiet, li bħala poplu, diġa bdejna ngawdu u nibbenefikaw biex vera jkollna Art ta’ Ugwaljanza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow