TNEDIJA TA’ SERVIZZ TA’ CUSTOMER CARE TAS-SIGURTA’ SOĊJALI MILL-KUNSILL LOKALI TA’ BIRŻEBBUĠA
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Marie-Louise Coleiro Preca nediet servizz tas-sigurtà soċjali ta’ customer care mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.
F’indirizz li għamlet, il-Ministru Coleiro Preca qalet li l-ftuħ ta’ servizz ta’ customer care b’rabta mas-sigurta’ soċjali f’Birżebbuġa isegwi t-tnedija ta’ erba’ servizzi ta’ dan it-tip li infetħu f’lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex.
Spjegat li b’dan is-servizz se jitkompla jingħata servizz fil-qalba tal-komunità u b’hekk il-politika soċjali titħaddem b’mod aktar effettiv.
Il-Ministru Coleiro Preca qalet li bil-ftuħ ta’ dan is-servizz, ir-residenti mhux se jkollhom il-bżonn li jmorru ż-Żejtun biex jirċievu s-servizz.
Is-servizz ikopri kwalunkwe benefiċċju tas-sigurta’ soċjali, applikazzjoni jew tiġdid tal-karta r-roża, sottomissjoni ta’ ċertifikati tal-mard, rapport ta’ tibdil ta’ ċirkostanzi u jistgħu jsiru talbiet għall-informazzjoni dwar sigurta’ soċjali.
Is-servizz se jibda jingħata kull nhar ta’ Ħamis bejn it-tmienja ta’ filgħodu u nofsinhar.
Wara li ġie mniedi s-servizz, ġie iffirmat ftehim bejn id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali Grazio Barbara u s-Sindku ta’ Birżebbuġa
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en