TNEDIJA TAL-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA B’KONNESSJONI MAL-PROGRAMM ESPON 2020 – MARZU 2014
Malta tagħmel parti mill-programm ESPON[1] li jippromwovi dimensjoni territorjali fil-politika tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ riċerka, ġbir ta’ data u analiżi. Il-Programm ESPON għal 2014-2020 qed jiġi ppreparat. Dan il-programm huwa kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u erba’ pajjiżi msieħba li huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Isvizzera, u għandu baġit ta’ €41.3m (FEŻR).
Qed issir konsultazzjoni fuq livell Ewropew fuq l-abbozz tal-Programm ta’ Kooperazzjoni ESPON 2020 sabiex ikun hemm aktar tagħrif mingħand partijiet interessati fl-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea fuq it-temi li l-Ewropa għandha bżonn aktar evidenza territorjali u liema temi jkunu jistgħu jiġu trattati permezz tal-programm ESPON 2020. Il-konsultazzjoni qed tikkunsidra wkoll kummenti u suġġerimenti fuq l-għodda li hemm bżonn biex jgħinu fl-iżvilupp tal-politika fuq livell Ewropew u livell Nazzjonali u kif ir-riżultati tar-riċerka tal-ESPON ikunu jistgħu jiġu trażmessi aħjar sabiex ikun hemm aktar teħid u użu ta’ analiżi territorjali.
Partijiet interessati, imsieħba potenzjali kif ukoll il-pubbliku ġenerali qegħdin jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw f’din il-konsultazzjoni u huma mistiedna jaqraw l-abbozz tal-Programm ta’ Kooperazzjoni ESPON 2020 u jagħtu l-kummenti u suġġerimenti billi jimlew il-kwestjonarju online, li jista’ jiġi aċċessat minnhttp://www.espon.eu/main/Menu_Programme/Menu_ESPON2020Programme/index.html.
Il-proċess ta’ konsultazzjoni jagħlaq fit-2 ta’ April 2014.
Direttorat għall-Fondi tal-Unjoni Ewropea – Koordinazzjoni tal-Politika
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en