STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U S-SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA
pr140511
17/03/2014
Investigazzjoni Ministerjali dwar l-għibien ta’ Files mill-MEPA
Apparti li bħalissa għaddejja l-investigazzjoni tal-Pulizija rigward l-għibien ta’ files u informazzjoni relatata magħhom, u mis-sistema teknoloġika tal-MEPA, illum bdiet l-investigazzjoni Ministerjali li se twassal biex ikunu investigati l-proċessi u s-sistemi tal-proċeduri tal-infurzar flimkien mar-‘recording’ tagħhom.
Dan sabiex tittieħed azzjoni ma’ min jista’ jkun amministrattivament responsabbli minn dan l-għibien flimkien mal-proċeduri li għandhom ikomplu jittieħdu ħalli dak li ġara ma jerġax jirrepeti ruħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en