Left arrow Mur Lura

IL-JUSTICE SCOREBOARD 2014 JIKKONFERMA L-BŻONN TA’ RIFORMA B’SAĦĦITHA FIL-ĠUSTIZZJA

pr140510
Date Icon 17/03/2014

Il-Justice Scoreboard tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2014, ibbażat fuq l-istatistika tal-2012, jikkonferma kemm hija akuta l-ħtiega ta’ riforma fil-qasam tal-ġustizzja f’pajjiżna.

F’dan l-iscoreboard, li ġie ppubblikat illum stess u li jinħadem fuq statistika miġbura sentejn qabel, pajjizna għal darb’oħra reġa’ ġie fl-aħħar post fejn jidħol id-dewmien tal-kawżi u fost l-aħħar fir-rati ta’ kemm jinqatgħu kawżi ċivili u kummerċjali.

Pajjiżna mill-banda l-oħra għandu record ferm aħjar f’oqsma oħrajn, fosthom fejn tidħol il-perċezzjoni dwar l-indipendenza tal-ġudikatura.  Biss dan m’għandux iservi bħala konsolazzjoni.

Il-Gvern jemmen li pajjiżna m’għadx għandu l-lussu li jistenna jekk wasalx iż-żmien li jagħmel il-bidliet meħtieġa f’settur tant delikat.  Pajjiżna jrid jagħmel dawn il-bidliet sabiex ikun kompetittiv minn kull lat, anke fir-rata ta’ dispożizzjoni tal-kawżi. 

F’Marzu li għadda, b’mod immedjat Gvern ġdid ħatar Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja li, wara konsultazzjoni vasta, ipproponiet 450 miżura sabiex il-qasam tal-ġustizzja jitjieb sostanzjalment.  Iktar kmieni dan ix-xahar ġie approvat mill-istadji kollha tal-Kamra l-ewwel abbozz bil-għan li tibda tiġi implimenta din ir-riforma u t-tieni abbozz mistenni jiġi ppubblikat fil-jiem li gejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow