IL-JUSTICE SCOREBOARD 2014 JIKKONFERMA L-BŻONN TA’ RIFORMA B’SAĦĦITHA FIL-ĠUSTIZZJA
Il-Justice Scoreboard tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2014, ibbażat fuq l-istatistika tal-2012, jikkonferma kemm hija akuta l-ħtiega ta’ riforma fil-qasam tal-ġustizzja f’pajjiżna.
F’dan l-iscoreboard, li ġie ppubblikat illum stess u li jinħadem fuq statistika miġbura sentejn qabel, pajjizna għal darb’oħra reġa’ ġie fl-aħħar post fejn jidħol id-dewmien tal-kawżi u fost l-aħħar fir-rati ta’ kemm jinqatgħu kawżi ċivili u kummerċjali.
Pajjiżna mill-banda l-oħra għandu record ferm aħjar f’oqsma oħrajn, fosthom fejn tidħol il-perċezzjoni dwar l-indipendenza tal-ġudikatura. Biss dan m’għandux iservi bħala konsolazzjoni.
Il-Gvern jemmen li pajjiżna m’għadx għandu l-lussu li jistenna jekk wasalx iż-żmien li jagħmel il-bidliet meħtieġa f’settur tant delikat. Pajjiżna jrid jagħmel dawn il-bidliet sabiex ikun kompetittiv minn kull lat, anke fir-rata ta’ dispożizzjoni tal-kawżi.
F’Marzu li għadda, b’mod immedjat Gvern ġdid ħatar Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja li, wara konsultazzjoni vasta, ipproponiet 450 miżura sabiex il-qasam tal-ġustizzja jitjieb sostanzjalment. Iktar kmieni dan ix-xahar ġie approvat mill-istadji kollha tal-Kamra l-ewwel abbozz bil-għan li tibda tiġi implimenta din ir-riforma u t-tieni abbozz mistenni jiġi ppubblikat fil-jiem li gejjin.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en