L-EWWEL SKEMI GĦALL-INDUSTRIJA PERMEZZ TA’ FONDI EWROPEJ SER JINĦARĠU DIN IS-SENA
“Ninsabu avvanzati fil-programmazzjoni tal-Fondi Ewropej li jkopru l-perjodu 2014-2020. Dan b’kuntrast ma’ dak li ġara fil-programmazzjoni tal-Fondi 2007-2013, fejn l-ewwel skemi għall-industrija bħall-Employment Aid Programme ħarġu fl-2009. Allura bl-istess kejl tal-amministrazzjoni preċedenti, kieku issa ser inkunu qed naraw l-ewwel skemi fl-2016. Minkejja dan sejrin nassiguraw li jkollna l-ewwel skema din is-sena stess sabiex noħolqu aktar impjiegi fost affarijiet oħra.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg waqt laqgħa li kellu ma’ rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni għall-Intrapriżi Żgħar u Medji mmexxija mill-President is-Sur Paul Abela, fejn ġew diskussi l-opportunitajiet ta’ finanzjament Ewropew għal dan is-settur.
Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li hekk kif ġie mħabbar il-ġimgħa l-oħra, fis-seba’ snin li ġejjin l-intrapriżi żgħar u medji inizjalment sejrin jibbenefikaw minn €15-il miljun li l-Gvern huwa kommess li inizjalment jikkommetti fi strumenti finanzjarji bħal Jermie u l-SME Initiative. Dan l-investiment għandu jwassal sabiex l-intrapriżi żgħar u medji jkollhom l-opportunità li jibbenefikaw minn madwar €90 miljun f’self vantaġġuż.
Min-naħa tiegħu s-Sur Paul Abela qal kemm il-finanzjament Ewropew huwa importanti għall-intrapriżi żgħar u medji Maltin u Għawdxin sabiex fil-futur ikomplu jikbru u joħolqu x-xogħol.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en