Left arrow Mur Lura

DELEGAZZJONI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI TATTENDI KONFERENZA INTERNAZZJONALI

pr140505
Date Icon 16/03/2014

What Europe Stands for: Growth, jobs and rights: will the European Union rise to the Occasion?

Fit-tieni sessjoni tal-konferenza ta’ jumejn li saret fil-Parlament Taljan f'Ruma bit-titlu What Europe Stands For: Growth, jobs and rights: will European Union rise to the Occasion? tkellem id-deputat Laburista u Whip tal-Gvern, l-Onor. Carmelo Abela li rrefera għall-importanza ta’ din is-sessjoni li ddiskutiet id-drittijiet fundamentali fl-istati Membri, fejn il-pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu analiżi ta’ kif  il-valuri li nemmnu fihom nistgħu npoġġuhom aktar fil-prattika.

Għal konferenza attendiet delegazzjoni mill-Kamra tad-Deputati mmexxija mill-Ispeaker tal-Parlament l-Onor. Anġlu Farrugia u kienet tinkludi wkoll lill-Onor. Frederick Azzopardi.

Fid-diskors tiegħu, l-Onor. Abela rrefera għall-isfida tal-persuni vulnerabbli li qal li hija sfida li l-Ewropa trid titkellem dwarha u aktar minn hekk tieħu azzjoni ħalli jitnaqqas il-faqar, speċjalment ta’ gruppi vulnerabbli bħat-tfal u l-anzjani.  Filwaqt li huwa tajjeb li l-miri u d-dixxiplina fiskali jinżammu ħafna drabi dan qed isir b’dannu għall-għajnuna u l-benefiċċji soċjali lil dawn l-istess persuni.

L-Onor. Carmelo Abela tkellem ukoll fuq l-issue tal-immigrazzjoni fejn fakkar li Malta hija f'xifer il-konfini tal-UE fin-naħa t’isfel tal-Ewropa.  Minbarra l-obbligi internazzjonali li Malta dejjem żammet, hemm ukoll obbligi lejn l-istess ċittadini tal-pajjiż.  Is-sistema tal-immigrazzjoni mhux aktar sostenibbli speċjalment għal pajjiż żgħir bħal Malta fejn 2,000 immigrant irregolari f’pajjiżna huwa ekwivalenti għal mijiet ta’ eluf f’pajjiżi ferm akbar minna.

Sa ftit żmien ilu l-isfida tal-immigrazzjoni lanqas biss kienet fuq l-aġenda tal-UE.  Illum grazzi għal ħidma ta’ Malta flimkien ma’ pajjiżi oħra, mhux lanqas il-Greċja u l-Italja li matul din is-sena għandhom il-Presidenza tal-istess Unjoni Ewropea, l-issue tal-immigrazzjoni tinsab mill-ġdid fuq l-aġenda.

L-Onor. Carmelo Abela semma li f’Diċembru tas-sena li għaddiet il-Kunsill Ewropew qabel fuq numru ta’ azzjonijiet.  Issa huwa l-waqt li dawn jiġu implimentati.  Iżda huwa mportanti li l-pajjiżi Membri fl-UE jifhmu li l-issue tal-Immigrazzjoni hija issue kollettiva u li kull pajjiż stat membru jagħmel il-parti tiegħu.  Iżda hemm bżonn ta’ bidliet oħra fosthom fejn jidħol il-mekkaniżmu addottat mill-Unjoni Ewropea, tiġdid fl-Aġenzija Frontex, emendi għal Dublin II u li l-burden sharing ma jibqax jiġi meqjus bħala burden shifting imma li kull pajjiż jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow