Left arrow Mur Lura

GĦOTJA TA’ DARBA GĦAL VETTURI REĠISTRATI U LIĊENZJATI GĦALL-UŻU PERSONALI BEJN L-1 TA’ MEJJU 2004 U L-31 TA’ DIĊEMBRU, 2008

pr140504mt
Date Icon 16/03/2014

Ivvalidati aktar minn 3,500 applikazzjoni

Aktar minn 3,500 applikazzjoni għal “Għotja ta’ darba għal vetturi reġistrati u liċenzjati għall-użu personali bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru, 2008” ġew ivvalidati sa issa.

Kull min jaħseb li huwa eliġibbli għal din l-iskema għandu jniżżel formola minn fuq il-websajt ta’ Transport Malta www.transport.gov.mt jew jiġbor formola mill-uffiċji ta’ Transport Malta, mill-Ministeri u mill-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex.

Ebda dokumentazzjoni oħra ma hija meħtieġa mal-applikazzjoni, jekk persuna se tapplika f’isimha.

Wara li ntlaqgħu s-suġġerimenti mill-pubbliku, persuni eliġibbli li sal-lum ġew neqsin, issa se jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll. F’dan il-każ, flimkien mal-applikazzjoni, il-werrieta jridu jissottomettu dikjarazzjoni ffirmata minn nutar.

L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew kollha, jiġu ffirmati u mibgħuta bil-posta jew b’mod personali lil Transport Malta, Sa Maison, Floriana jew l-Uffiċċju tal-Liċenzji, Rabat, Għawdex. Dan sa mhux iżjed tard mit-28 ta’ Marzu li ġej.

Għal aktar informazzjoni u assistenza, wieħed jista’ jikkuntatja l-Customer Care Unit permezz tal- freephone 8007-2373 waqt il-ħinijiet tax-xogħol jew b’email grantscheme.tm@transport.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow