Left arrow Go Back

TKOMPLI L-MARATONA BIR-ROTI FIL-ĦAMRUN

pr140503
Date Icon 16/03/2014

Illum tkompli l-Maratona bir-Rota ġewwa il-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun, fejn tkompli l-ħidma biex jinġabru flus għal xiri tal-automated external defibrillators fl-iskejjel Maltin u Għawdxin.

Is-Sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru  u ċerperson ta’ The Marigold Foundation,  żaret il-Maratona fejn iltagħqet mal-istudenti li qed jieħdu sehem u mal-għalliema u l-voluntiera kollha.

Is-Sinjura Muscat qalet li din il-maratona, li ssir kull sena hija eżempju ta’ kemm dan il-pajjiż għandu  kuxjenza socjali. Hija fissret kif din l-maratona tiġbed lejha nies ta' etajiet differenti u kif il-parteċipazzjoni tat-tfal, anke ta' etajiet żgħar ħafna, turi is-sens ta' altruiżmu tas-soċjetà Maltija kollha.

F'isem The Marigold Foundation: Bov in the Community, is-Sinjura Muscat ippreżentat ċekk ta’ €1,000 għal din l-inizjattiva.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, qal kif din l-inizjattiva se tgħin biex dawk kollha li jiġu fl-iskejjel, minn studenti għall-għalliema, kif ukoll oħrajn li jiġu fl-iskejjel filgħaxijiet għal attivitajiet sportivi u oħrajn għall-programmi edukattivi tal-adulti, jkollom aċċess għal dan l-apparat jekk jinqala’ l-bżonn. Il-Ministru Bartolo irringrazzja l-volontiera tal-għajnuna tagħhom u tax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu.

Il-maratona se tagħlaq illejla f’nofs il-lejl. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi u jgħin din il-kawża billi jibgħat donazzjoni ta’ €2.33 b’sms fuq 5061 7383.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow