Left arrow Go Back

RIFORMA ‘GWARDJANI LOKALI’ - IKOMPLU L-LAQGĦAT TA’ KONSULTAZZJONI

pr140501
Date Icon 15/03/2014

Illum komplew il-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar ir-riforma tal-gwardjani lokali. Fil-laqgħa tal-lum ħadu sehem residenti / kunsilli lokali li jaqgħu taħt ir-Reġjun Xlokk u Nofsinhar.

Prezenti għal dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni kien hemm folla sabiħa li pparteċipat bi ħgarha u għamlet il-proposti tagħha dwar il-white paper li tressqet fl-1 ta’ Frar. Tal-lum kienet it-tieni laqgħa pubblika. Ir-riforma tal-Gwardjani Lokali hija wegħda fil-programm ta’ ħidma tal-Gvern.

Is-Segretarju Parlamentari Dr. Jose Herrera qal li din ir-riforma għandha tkun waħda pozittiva. Fakkar kif matul il-jum tal-Ġimgħa huwa ltaqa’ ma’ rapprezentanti tal-GRTU li min-naha tagħhom qalu li jaqblu mar-riforma tal-Gwardjani Lokali kif proposta mill-Gvern.

Huwa qal li mira ewlenija ta’ din ir-riforma hija li televa l-istatus tal-gwardjan lokali biex dan jikseb aktar rispett. Is-Segretarju Parlamentari qal li mill-kummenti li qed jirċievi dwar it-tibdiliet proposti jirrizulta li din ser tkun riforma li magħha ser tigbor konsensus t’approvazzjoni mingħand  fierxa wiesgħa ta’ nies possibli. Fakkar li s-sistema ser tkun taħt Unit li ser tiggarantixxi impjieg lill-gwardjani lokali.

Matul l-intervent tieghu, Jose Herrera ipprezenta fatti miġbura fejn jirriżulta li fir-reġjun ta’ nofsinhar fl-aħħar sentejn u nofs, inħarġu bi 3.8 miljun ewro,  li minnhom 3.5 miljun ewro f’valur ta’ ċitazzjonijiet kienu validi. Minn dawn tħallsu 2.3 miljun ewro filwaqt li 1.2 miljun ewro ma tħalsux. Min-naħa l-oħra fir-Reġjun Xlokk inħargu b’4.8 miljun ewro f’ċitazzjonijiet li minnhom 4.4 miljun ewro kienu validi. Minn dawn tħallsu 2.7 miljun ewro u ma tħalsux 1.7 miljun ewro.

Dan juri l-bzonn ta’ riforma biex il-flus dovuti jinġabru mingħajr dewmien.

Fost l-ideat li s-Segretarju Parlamentari Jose Herrera semma biex il-flus jibdew jinġabru huwa qal  li wasal iż-żmien li jitnaqqas il-perjodu li wieħed jista’ jappella. Qal ukoll li t-taħriġ tal-gwardjani lokali jista’ jibda jingħata mill-Akkademja tal-Pulizija filwaqt li reġa’ tenna li bir-riforma kif proposta ser jonqsu l-ispejjeż filwaqt li ser jiddaħħlu aktar ħaddiema ħalli tisaħħaħ is-sistema. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow