IL-MINISTRU HELENA DALLI ŻŻUR L-EWWEL EDIZZJONI TAL-WAREHOUSE SALES EXHIBITION FL-OKKAŻJONI TAL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-KONSUMATUR
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Konsumatur, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli, żaret l-ewwel l-edizzjoni tal-‘Warehouse Sales Exhibition’ li qed tittella matul tmiem din il-ġimgħa fl-MFCC, Ta’ Qali.
Hija tkellmet fuq l-importanza li l-konsumaturi jkunu jafu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Dr Dalli qalet li dan huwa ta’ beneficcju kemm għal min jixtri u kemm għal min ibiegħ.
Dr Dalli semmiet il-kjosks tal-informazzjoni li waqqfet l-MCCAA fejn permezz t’hekk, l-Awtorita’ qed tmur għand in-nies li jkunu qegħdin jixtru fiċ-centri kummerċjali. L-esperti li jkun hemm prezenti jagħtu pariri lil kull min ikollu bzonn.
Il-Ministru Dalli tkellmet ukoll fuq il-kompetizzjoni fis-suq u allura fuq il-ħtieġa li l-konsumaturi jkunu aktar edukati biex jagħzlu l-ahjar prodotti li jkun hemm fis-suq bl-ahjar prezzijiet.
Hija awgurat li din l-attivita’ tkun suċċess.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en