L-ISPEAKER JILQA’ LILL-VIĊI PRESIDENT TAL-PARLAMENT EWROPEW
pr140498mt
15/03/2014
Il-Viċi President tal-Parlament Ewropew, l-E.T. Gianni Pittella, illum għamel żjara ta’ kortesija lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Onor. Dr. Anġlu Farrugia.
Iż-żewġ naħat tennew ir-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn il-Parlament Ewropew u dak Malti.
Huma ddiskutew ukoll it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ Istituzzjonijiet kif ukoll bejn il-Kumitati rispettivi, ir-reviżjoni tat-Trattat ta’ Dublin III u l-importanza li l-Unjoni Ewropeja għandha tagħti lill-Mediterran kif ukoll it-tkabbir tax-xogħol.
Preżenti wkoll għal-laqgħa kien hemm Joseph Cuschieri, MEP, li hu l-Kap tad-Delegazzjoni S&D – Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en