Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr140493
Date Icon 14/03/2014

B’referenza għad-dikjarazzjonijiet li saru dalgħodu, il-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma jixtieq jiċċarra illi huwa għalkollox skorett li jingħad li ma ttieħdux il-kunsiderazzjonijiet marittimi dwar il-proġett għall-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass.

Kif intqal kemm-il darba, Transport Malta għamlet eżerċizzji ta’ simulazzjoni li juru bl-aktar mod ċar li l-Floating Storage Unit in kwistjoni mhu se jkun ta’ ebda ostakolu għall-vapuri l-kbar li jidħlu fil-Freeport, ahseb u ara għall-vapuri tas-sajjieda.

Aktar minn hekk, il-‘force of nature’ li ssemmiet ittieħdet inkunsiderazzjoni mill-esperti li għamlu l-istudji kollha neċessarji. Tajjeb ikun iċċarat li saru anke wave motion studies biex ikun aċċertat l-effett tal-maltemp f’din iż-żona.

Għal kuntrarju tal-impressjoni li qed tingħata, f’dan il-proġett qed nagħmlu l-istudji kollha neċessarji, qed nimxu mad-direttivi tal-Unjoni Ewropeja u r-regoli u l-liġjiet kollha lokali, altru milli qed ngħaġġlu l-affarijiet.

Il-Ministeru ma jistax jifhem lanqas kif qed jingħad li l-port ta’ Marsaxlokk mhuwiex safe, meta f’dan il-port għaddejja attività kontinwa inkluż ukoll id-dħul ta’ vapuri b’aviation fuel fuq id-dolphin ta’ Ħas-Saptan sorġuta f’nofs il-port. Din l-attività ilha għaddejja għal aktar minn ħamsin sena.

Għal darb’oħra l-Ministeru jsostni li s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti ta’ Marsaxlokk hija ta’ prijorità f’kull fażi ta’ dan l-istudju. Is-sigurtà tal-proġett kienet iċċertifikata minn Dr George Papadakis, li huwa espert dwar ir-riskji fi proġetti bħal dawn b’kompetenzi fuq is-suġġett tant li kien imqabbad kemm il-darba mill-Kummissjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow