L-ISPEAKER JILTAQA’ MAL-PRESIDENT TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI TALJANA
Matul il-Konferenza Internazzjonali “What Europe Stands For”, li kienet organizzata f’Ruma mill-Kamra tad-Deputati Taljana u mill-Parlament Grieg, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, kellu laqgħa mal-President tal-Kamra tad-Deputati Taljana, Laura Boldrini.
Waqt din il-laqgħa, il-President tal-Kamra tad-Deputati Taljana infurmat lill-Ispeaker li l-Italja se tkompli tissapportja lil Malta u lil Greċja biex tara li l-problema tal-immigrazzjoni irregolari tiġi verament indirizzata bħala waħda Ewropea bil-mekkaniżmi preżenti li jiffunzjonaw, inkluż li jiġi revedut it-Trattat ta’ Dublin.
Għal-laqgħa kienu preżenti Carmelo Abela, Whip għan-naħa tal-Gvern, Frederick Azzopardi, Deputy Whip għan-naħa tal-Oppożizzjoni, u Vanessa Frazier, Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Italja.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en