Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

pr140490
Date Icon 14/03/2014

Is-Segretarjat għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali iwieġeb għall-akkużi infondati mill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jagħmel referenza għal rimarki li ntqalu fil-mezzi tax-xandir mill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd speċifikament mis-Sur Raymond Bugeja. Dwar dan, is-Segretarjat jixtieq ifakkar li kontra dak li kien isir taħt l-amministrazzjoni preċedenti, fejn kienu jgħaddu x-xhur jew snin biex il-Koperattiva tiltaqa’ mal-Ministru, taħt din l-amministrazzjoni saru numru ta’ laqgħat b’mod regolari u skont il-ħtieġa. Is-Segretarjat jinstab mistgħaġeb b’dawn id-dikjarazzjonijiet tas-Sur Bugeja wara li lbieraħ stess ikkonferma laqgħa mal-istess Segretarjat. 

Dan barra laqgħat ta’ mill-inqas darba fix-xahar mal-ogħla uffiċjali fuq il-bord tas-sajd fejn ir-rappreżentanti tas-sajjieda kellhom kull opportunità li jqajmu kwistjonijiet relatati mas-settur.

Għall-ewwel darba s-Segretarjat laqqa’ ż-żewġ koperattivi fuq mejda waħda fejn intlaħaq ftehim fuq l-istaġun tat-tonn. 

Il-Gvern kien kommess ukoll biex jagħti l-għajnuniet lis-sajjieda, għal darba, darbtejn sħaħ għall-istaġun magħluq skont kif kien imwiegħed fil-manifest elettorali. Dwar il-kumpens għall-istaġun magħluq tal-pixxispad għall-kuntrarju ta’ dak li qal is-Sur Bugeja, kull sid ta’ dgħajsa tal-pixxispad li kkwalifika fl-iskema ngħata medja ta’ 1,100 Ewro fix-xahar u mhux il-200 Ewro fix-xahar kif semma Bugeja. Apparti minn dawn, ingħataw benefiċċji oħrajn.

Fir-rigward tal-hardstanding facility, il-Gvern qiegħed jindirizza l-problemi kbar li wiret f’dan is-sit, dan billi ħatar kumitat ta’ tmexxija li hu kompost minn membri miż-żewġ koperattivi,

Għalhekk skont dan is-Segretarjat, din id-dikjarazzjoni tikkuntrasta ħafna mar-riforma li għaddejja preżentament fid-dipartiment fejn dan id-dipartiment qed jitnaddaf mill-ħmieġ u l-korruzzjoni li kienet ilha takkumulha għal aktar minn 20 sena. 

Aktar minn hekk, wara li l-Gvern sab ammonti kbar ta’ kontijiet mhux imħallsa u dawn qed jiġu analizzati bis-saħħa ta’ interventi mis-Segretarjat tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.  

Kisbiet taħt Gvern Laburista:

1. Ipperswadejna lit-28 pajjiż tal-UE li ċ-ċirkostanzi tal-flotta tas-sajjieda Maltin mhumiex bħal dawk ta’ pajjiżi oħra u għalhekk ma ġewx imposti kwoti li kienu se jitfgħu lis-sajjieda Maltin fi żvantaġġ ma’ pajjiżi oħra.

2. Ippreswadejna l-UE biex iddaħħal kriterja ġusta fit-tqassim tal-fondi għas-sajd biex tirrikonoxxi aktar il-ħtieġa tas-sajd artiġġjanali milli dak industrijali. 

3. Din is-sena ngħataw għajnuniet lis-sajjieda għal darbtejn sħaħ, għall-istaġun magħluq skont kif imwiegħed fil-manifest elettorali

4. Ġew investiti 1.4 miljun Ewro f’għajnuniet biex il-flotta tal-bastimenti Maltin tkompli ssir aktar sostenibbli

5. Is-sajjieda kellhom wieħed mill-aktar staġuni pożittivi ta’ qabdiet tal-ħut kemm fil-pixxispad u anke fil-lampuki.  

6. Inbdew il-progetti biex jiżdiedu u jittejbu l-faċilitajiet li jinsabu fil-portijiet biex is-sajjied ikun moqdi aħjar.

7. Bdew il-preparamenti għall-proġett tal-moll f’San Pawl il-baħar li fih se jiġu investiti nofs miljun Ewro.

8. Tlestew il-preparamenti għall-bini tal-landing facilities u qed isiru l-istudji dwar il-proġett finanzjat mill-UE tal-breakwater f’Marsaxlokk.

9. Tkompliet ir-ricerka fiċ-Ċentru tal-Akwakultura f'San Luċjan.

10. Ħarġet sejħa ta' interess għall-bini ta' Marine Hatchery f'Marsaxlokk u qed issir l-evalwazzjoni għal dan il-proġett.

11. Tkompla x-xogħol fuq il-bini tal-pixkerija l-ġdida

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow