IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWARD ZAMMIT LEWIS IŻUR BIT8 WARA LI ĠEW INNOMINATI GĦALL-INNOVATOR OF THE YEAR MILL-IGA AWARDS TA’ LONDRA
“BWIN ġiet liċenzjata biex topera hawn Malta. Ċertifikat pożittiv ieħor għall-pajjiżna” – is-Segretarju Parlamentari għall-Kompettività u Tkabbir Ekonomiku Dr. Edward Zammit Lewis
Is-Segretarju Parlamentari Dr Edward Zammit Lewis illum ħabbar li kumpanija ferm rinomata fl-industrija tal-logħob fuq livell globali bl-isem BWIN se tkun qiegħda tinvesti f’Malta. Il-BWIN għadha kif ingħatat diversi liċenzji hawn Malta mill-Awtorità tal-Logħob u Lotteriji (LGA) fil-jiem li għaddew biex joffru logħob relatat ma’ casino on-line, sportsbook u poker. Dan huwa sinjal pożittiv, stqarr Dr Edward Zammit Lewis, filwaqt li l-interess fil-ġurisdizzjoni Maltija qiegħda kontinwament tiżdied. Din il-kumpanija hija mniżżla fil-Borża ta’ Londra u għandha uffiċini madwar id-dinja fosthom pajjiżi fl-Ewropa, l-Indja, Iżrael u l-Istati Uniti. Din il-kumpanija li se tinvesti f’Malta hija leader f’erba’ swieq varji li huma l-poker, bingo, online sports betting u casino.
Il-BWIN hija waħda minn dawk l-operaturi l-kbar fid-dinja li joffru eluf kbar ta’ varjetà ta’ logħob kuljum. “Investiment bħal dan jagħtina ħafna kuraġġ u entużjażmu biex naħdmu aktar. Il-fatt li operatur kbir fl-industrija tal-gaming għażel li jieħu liċenzja minn Malta jikkonferma aktar ir-reputazzjoni tajba ta’ pajjżna bħala ġurisdizzjoni ewlenija fl-industrija tar-remote gaming. Din hija l-politika tal-Gvern sabiex titnaqqas il-burokrazija żejda u taġġorna r-regolamenti biex kumpaniji jevolvu filwaqt li niżguraw protezzjoni tal-ġukatur,” żied Edward Zammit Lewis.
Waqt żara fl-uffiċini tal-Bit8, is-Segretarju Parlamentari feraħ għas-suċċess miksub wara l-parteċipazzjoni tagħha fl-avveniment annwali tal-industrija tal-gaming, ICE, li ttella’ fil-bidu tax-xahar li għadda. “Dan huwa ta’ sodisfazzjon ikbar meta naraw li dan is-suċċess ġej minn kumpanija Maltija. Kumpanija li nafu bis-suċċess li qiegħda tagħmel u li llum il-ġurnata qiegħda toffri s-servizzi tagħha lill-operaturi kbar madwar id-dinja” kompla Edward Zammit Lewis. Minn meta bdiet topera f’Malta fl-2010 Bit8 żviluppat pjattaforma sinifikanti ta’ klijenti fosthom l-aqwa ħames casinos tad-dinja. Il-Bit8 bħalissa timpjega madwar 40 ħaddiem u qiegħda taħdem fuq pjattaforma differenti fejn aktar modules se jkunu disponibbli fl-operat tagħha fejn dan jagħti lok għal aktar vantaġġi ta’ tkabbir fi ħdan il-kumpanija. Meta titkellem dwar innovazzjoni u t-teknoloġija dejjem tevolvi spjega Dr. Edward Zammit Lewis, il-Bit8 żgur hija eżempju ta’ dan. Din il-kumpanija Maltija li stabbilit ruħha fi żmien qasir għal ġenerazzjoni li jmiss għall-industrija tal-gaming ġibdet l-attenzjoni tal-industrija tal-gaming b’mod internazzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari rrefera kif pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba u li dan qegħdin jikkonfermaw aġenzji tal-credit ratings u statistiċi. L-Aġenzija internazzjonali tal-credit rating Fitch illum affermat lil Malta b’rating ‘A’ bi prospetti stabbli. Din il-ġimgħa stess Malta rreġistrat tkabbir ekonomiku bir-rata doppju meta mqabbla mal-2011 u l-2012 skont statistika maħruġa mill-NSO. Dawn ir-riżultati pożittivi bla dubju iħajru aktar investiment barrani biex jiġi Malta.
“Dan kollu qiegħed iseħħ fiż-żmien meta flimkien mal-Awtorità tal-Logħob u Lotteriji, (LGA) qed jittieħdu sensiela ta’ inizjattivi ġodda u varji biex insaħħu l-industrija tal-logħob f’Malta. F’dawn l-aħħar xhur tlaqna fuq ħidma wiesgħa biex naġġornaw diversi regolamenti tal-logħob, tal-ħolqien ta’ niċeċ ġodda bħad-digital games u s-social games, kif ukoll aġġornamenti strutturali f’LGA.”
“Dan huwa messaġġ ċar u pożittiv. Dan il-Gvern irrid jaħdem għal sostenn fit-tkabbir tal-ekonomija ta’ Malta kemm fuq livell Ewropea kif ukoll fid-dimensjoni globali. L-inizjattivi u l-miżuri kollettivi li qiegħed jieħu dan il-Gvern se jwasslu għall-ġenerazzjonijiet futura” temm id-diskors l- Edward Zammit Lewis.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en