STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
PR140488
14/03/2014
Ilbieraħ filgħaxija, saru aktar testijiet tal-urina fuq ir-residenti fil-Facilità Korretiva ta’ Kordin.
Sitt residenti instabu pożittivi għall-eroina. Dawn is-sitta ġew trasferiti f’diviżjonijiet separati. Filwaqt li għaddejja investigazzjoni intensiva biex isir magħruf kif id-droga iddaħlet ġewwa il-facilità. L-istaff tal-Faċilità Korretiva jibqa’ impenjat, fuq struzzjonijiet tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex jiġġieled id-droga fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex din il-faċilità tkun verament post ta’ rijabilitazzjoni għar-residenti fi ħdanha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en