L-ISPEAKER F’LAQGĦA MAL-ISPEAKER KROAT
pr140485mt
14/03/2014
Aktar kmieni dalgħodu, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, kellu laqgħa mal-Ispeaker tal-Parlament tar-Repubblika tal-Kroazja, Josip Leko.
Iż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti ta’ interess komuni, fosthom approċċ komuni għall-Mediterran, tisħiħ tal-ko-operazzjoni Parlamentari fi ħdan l-EMPA u intensifikar tal-ko-operazzjoni bilaterali f’diversi oqsma.
Il-laqgħa saret waqt il-Konferenza Internazzjonali “What Europe Stands For”, li ġiet organizzata f’Ruma mill-Kamra tad-Deputati Taljani u mill-Parlament Grieg. Għall-laqgħa kienu preżenti Carmelo Abela, Whip għan-naħa tal-Gvern, Frederick Azzopardi, Deputy Whip għan-naħa tal-Oppożizzjoni, u l-ET Vanessa Frazier, Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Italja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en