Left arrow Go Back

L-ISPEAKER F’LAQGĦA MAL-ISPEAKER KROAT

pr140485mt
Date Icon 14/03/2014

Aktar kmieni dalgħodu, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, kellu laqgħa mal-Ispeaker tal-Parlament tar-Repubblika tal-Kroazja, Josip Leko.

Iż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti ta’ interess komuni, fosthom approċċ komuni għall-Mediterran, tisħiħ tal-ko-operazzjoni Parlamentari fi ħdan l-EMPA u intensifikar tal-ko-operazzjoni bilaterali f’diversi oqsma.

Il-laqgħa saret waqt il-Konferenza Internazzjonali “What Europe Stands For”, li ġiet organizzata f’Ruma mill-Kamra tad-Deputati Taljani u mill-Parlament Grieg. Għall-laqgħa kienu preżenti  Carmelo Abela, Whip għan-naħa tal-Gvern, Frederick Azzopardi, Deputy Whip għan-naħa tal-Oppożizzjoni, u l-ET Vanessa Frazier, Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Italja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow