Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI GĦAD-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR 2014

pr140481
Date Icon 14/03/2014

Is-Sibt 15 ta’ Marzu 2014, pajjiżna jingħaqad ma’ pajjiżi oħra biex jiċċelebra l-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur. 

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dott. Helena Dalli, qalet li huwa neċessarju li biex il-konsumaturi jkunu jafu aktar bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom, pajjiżna jrid jinvesti aktar fl-edukazzjoni u t-tagħlim tal-konsumaturi. 

Dott. Dalli qalet li l-istrutturi tal-Gvern, kif ukoll l-NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam, għandhom ikunu dejjem viċin in-nies.  Hi qalet li l-Gvern għadu kif wettaq wegħda elettorali oħra: dik li jiġu varati information kiosks fiċ-ċentri kummerċjali lokali biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiksbu tagħrif dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

Il-Ministru Dalli qalet li l-MCCAA qed tkun aktar preżenti fis-soċjetà permezz ta’ kampanji edukattivi fuq il-mezzi tax-xandir u permezz ta’ seminars li jkunu organizzati minn żmien għal żmien.

Il-Ministru Dalli qalet li bħalissa l-Gvern għaddej bil-proċess biex tinbidel il-liġi tal-konsumatur biex din tkun aktar relevanti għall-ħtiġijiet tal-lum.  Dan se jsir wara proċess ta’ konsultazzjoni.

Din is-sena l-MCCAA qed tingħaqad ma’ organizzazzjonijiet mid-dinja kollha, fi ħdan il-Consumers International (CI), biex tfakkar dan il-jum u titqajjem aktar kuxjenza.  It-tema magħżula mill-CI għal din is-sena hi: ‘Fixour Phone Rights!’.  CI qed tiffoka fuq is-servizz tal-mowbajl. 

Dan is-suġġett ġie magħżul sabiex titqajjem kuxjenza u  jiġu attwati l-bidliet meħtieġa biex il-konsumaturi jkollhom servizz aħjar.  Fid-dinja hawn madwar seba’ biljun konsumatur li għandu dan is-servizz. 

Il-Consumers International qed tappella lill-operaturi tat-telefonija ċellulari biex jiprovdu kuntratti ċari u b‘lingwaġġ li jiftiehem, jara li l-kontijiet ikunu ġusti u trasparenti, joffru servizz ta’ kwalità tajba, u jipprovdu soluzzjoni f’ħin raġonevoli għall-ilmenti tal-konsumaturi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow