Left arrow Mur Lura

BL-EDUKAZZJONI NON-FORMALI, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JERSQU AKTAR LEJN IX-XJENZA

pr140480mt
Date Icon 14/03/2014

Iċċelebrat il-Jum Ewropew għax-Xjenza Fost iż-Żgħażagħ

Hekk kif ġie ċċelebrat il-Jum Ewropew għax-Xjenza fost iż-Żgħażagħ, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo saħaq dwar l-importanza li nedukaw sa minn età żgħira dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Waqt żjara li għamel fil-Farsons plc., Dr Buontempo sostna li biex titwettaq l-Istrateġijja Nazzjonali dwar ir-Riċerka u Innovazzjoni u jitkattru l-impjiegi ta' valur miżjud, jeħtieġ li studenti jibdew jiksbu ħiliet marbuta mal-intraprenditorija u x-xjenza minn età bikrija.

Is-Segretarjat qed jassigura li dan iseħħ permezz ta' diversi inizjattivi. Fost oħrajn Dr Buontempo semma l-park interattiv tax-xjenza f'Ta' Bighi, il-Kalkara. Dan huwa proġett li mistenni jibda jitwettaq minn din is-sena stess.

F'Settembru li ġej issir Science In The City, sensiela ta' attivitajiet intiżi biex jagħmlu x-xjenza aktar sempliċi u interattiva, għal udjenza ta' kull età.  Bi sħab mal-fondazzjoni NSTF u l-British Council, is-Segretarjat ingħaqad sabiex iħajjar aktar żgħażagħ jersqu lejn ix-xjenza.

Is-Segretarju Parlamentari semma l-proġett School Lab, li se jkun qed jitwettaq fix-xhur li ġejjin. Kunċett ġdid għal pajjiżna, li permezz tiegħu studenti tal-iskejjel sekondarji jingħaqdu fi proġetti relatati max-xjenza. Fl-Unjoni Ewropea, Malta u l-Greċja biss iħaddnu proġett bħal dan.

Issemma wkoll il-proġett Fame Lab, kompetizzjoni dwar suġġetti relatati max-xjenza bejn studenti Universitarji.

Bla dubju wieħed mill-iktar avvenimenti importanti hija s-Science Expo. Is-Segretarju Parlamentari spjega li din hija fiera li ssir madwar l-Ewropa u li permezz tagħha studenti jesponu proġetti dwar l-investigazzjonijiet xjentifiċi tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Dr Stefan Buontempo stqarr li permezz tal-edukazzjoni non-formali u metodi ta' tagħlim li jinvolvu anke l-attività fiżika, il-Gvern qed iħajjar aktar żgħażagħ jersqu lejn ix-xjenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow