STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI
Is-Social Workers huma parti mit-twettiq tal-ġustizzja soċjali
Waqt l-okkażjoni tal-preżentazzjoni tal-warrants lis-social workers, il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca qalet li s-social workers huma parti mit-twettiq tal-ġustizzja soċjali.
Sostniet li dawn il-ħaddiema jridu jkunu katalisti biex isseħħ bidla għal kwalita’ aħjar fil-ħajja tan-nies fis-soċjeta’.
Il-Ministru Coleiro Preca żiedet tgħid li s-social workers iridu jkunu l-vuċi soda għall- vulnerabbli u rrikonoxxiet il-ħidma li qed issir fl-Universita’ ta’ Malta li qed tħarreġ iżjed persuni biex jidħlu fil-qasam tas-social work.
Hija sostniet li l-professjoni tas-social work jixirqilha r-rispett għaliex tagħti kontribut siewi fl-iżvilupp tas-soċjeta’.
Fi tmiem id-diskors, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca u c-Chairperson tas-Social Work Profession Board, Colette Farrugia Bennett ppreżentaw il-warrants lil 31 social worker.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en