Left arrow Go Back

ŻIEDA FIN-NUMRU TA’ IMPJIEGI FULL TIME U PART TIME FIT-TURIŻMU MATUL L-2013

pr140475
Date Icon 13/03/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella jisħaq li l-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex pajjiżna jsir destinazzjoni turistika s-sena kollha li tkun waħda profittabli.

Fl-ewwel disa’ xhur tal-2013, kien reġistrat tkabbir fin-numru ta’ impjiegi full time u part time fis-settur turistiku meta mqabbla mas-sena 2012. Dan b’kuntrast mal-erba’ snin ta’ qabel meta l-impjiegi fit-turiżmu naqsu bi kważi ħames mija.

F’konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet fl-isfond tat-tempju ta’ Ħaġar Qim, il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella tkellem dwar l-andament pożittiv li kien reġistrat fis-settur turistiku matul is-sena li għaddiet u l-effett dirett li dan ġab fuq il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda fis-settur.

Karmenu Vella tkellem dwar l-importanza tal-industrija turistika għall-ekonomija Maltija, b’kontribut dirett ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija tal-prodott gross domestiku. Dan huwa wkoll rifless fis-settur tal-impjiegi, b’ċifri uffiċjali jikkonfermaw kif wara li bejn l-2008 u l-2012 is-settur kien beda jsofri minn tnaqqis, matul l-2013, it-turiżmu esperjenza żieda kemm fl-impjiegi. Il-Ministru Vella semma kif bejn Jannar u Settembru 2013, l-impjiegi full time żdiedu bi kważi mija u tletin filwaqt li dawk part time żdiedu b’aktar minn erba’mija fuq l-2012.

Dwar l-andament turistiku, il-Ministru għat-Turiżmu spjega kif matul l-2013 it-turiżmu kompla jikber u jissaħħaħ, b’żieda ta’ 10% li ssarfu f’ċifra rekord ta’ 1.6 miljun turist - id-doppju tat-tkabbir fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Pajjiżna rreġistra wkoll żidiet ta’ 9% fl-ammont ta’ ljieli (13-il miljun) u 9% oħra f’dik li hija nefqa (1.4 biljun).  Fl-istess ħin kibret l-aċċessibbiltà lejn Malta permezz ta’ 83 rotta, fost l-oħrajn fix-xhur tax-xitwa. Dwar dan il-Ministru Karmenu Vella saħaq li l-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex pajjiżna jsir destinazzjoni turistika s-sena kollha li tkun waħda profittabbli li minnu nnifsu jwassal għal ħolqien ta’ aktar impjiegi.

Huwa fisser kif ir-riżultati tal-aħħar xhur urew kif pajjiżna esperjenza żidiet kull xahar f’dak li huwa turizmu fix-xitwa, b’Jannar u Frar jirreġistraw żidied ta’ 7.1% u 9.3% rispettivament.

Il-Ministru Karmenu Vella elenka bosta miżuri li qed jieħu l-Gvern biex itejjeb il-kwalità tal-prodott turistiku fosthom it-tnedija tal-kumitati għaz-zoni turistiċi, it-tisħiħ tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi, il-ħolqien ta’ tourism officers biex it-turist ikun mgħejun aħjar kif ukoll il-tourism product plan li mistenni jkun imniedi aktar tard dan ix-xahar.

Fi kliem Karmenu Vella, l-enerġija tal-Gvern, mal-fiduċja tal-privat flimkien max-xogħol siewi tal-ħaddiema qed jagħtu r-riżultati. Dan kollu qed joffri opportunitajiet ġodda ta’ investiment, dħul akbar u aktar impjiegi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow