Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ĠUSTIZZJA

pr140474
Date Icon 13/03/2014

Ippreżentat l-Abbozz tal-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal bħala parti mill-introduzzjoni tal-Att dwar it-Tfal

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca preżentat l-ewwel kapitlu tal-Att dwar it-Tfal lis-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici.

Dan il-kapitlu jitratta l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal li se joffri stabbiltà lit-tfal u jpoġġihom fiċ-ċentru tal-politika ta’ dan il-Gvern.

Il-Ministru Coleiro Preca spjegat kif din il-liġi telgħet minn isfel għal fuq għaliex saru numru ta’ konsultazzjonijiet fosthom mat-tfal, ġenituri bioloġiċi, foster carers eċċ.

Il-Kummissjoni għall-Iżvilupp ta’ Politika u Strateġija għat-Tfal kienet responsabbli mit-tfassil tal-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal. Iċ-Chairperson ta’ din il-Kummissjoni, Dr. Ruth Farrugia spjegat kif prinċiparjament ir-responsabbiltà tat-tfal li jkollhom bżonn protezzjoni se tgħaddi mingħand il-Ministru għal għand il-Qorti tal-Familja.

Sostniet li differenti mil-lum fejn teżisti ordni waħda ta’ ħarsien, il-Qorti tal-Familja għandha l-għażla ta’ aktar minn ordni waħda biex jintlaħqu l-bżonnijiet tat-tfal u l-familji.

Minn naħa tiegħu is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Dr. Owen Bonnici qal li dan huwa mument importanti ħafna għaliex f’din il-ħidma ħafna nies involuti taw ħafna frott fi ftit ħin. 

Bonnici qal li bħala Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja għandu obbligu li joqgħod fuq min huwa espert f’dan il-qasam kif ukoll li huwa l-pjaċir tiegħu li ingħata din il-ħidma fl-interess tat-tfal. 

Dr. Bonnici qal li dan il-Gvern diġà għamel l-emendi fil-liġi li kienu pjuttost urġenti, u issa permezz ta’ din l-abbozz il-Gvern se jkompli isaħħaħ u jipproteġi d-drittijiet tat-tfal. 

Huwa qal li għall-ewwel darba fejn jidħol l-interess tat-tfal, f’pajjiżna se nħarsu bil-quddiem, u li sal-lum dejjem solvejna każijiet ta’ tfal f’sitwazzjoni problematika, iżda issa permezz ta’ dan il-pass ser inkunu nistgħu ninvestu u nilqgħu dawn iċ-ċirkostanzi bil-quddiem.

F’din il-liġi huwa propost li jidħlu kunċetti ġodda fosthom foster care permanenti u freeing for adoption filwaqt li jiġi provdut ċentru għal Child Assessment u Children’s House bil-għan li titnaqqas it-trawma li jgħaddu minna t-tfal permezz tal-proċess investigattiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow