Left arrow Go Back

KUNĊERT B’TIFKIRA TAT-TMIEM TAL-PRESIDENZA

pr140471
Date Icon 13/03/2014

L-Uffiċċju tal-President qed jorganizza kunċert b’tislima u ringrazzjament lill-poplu Malti mill-President u s-Sinjura Abela nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2014 f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta.

Il-Kunċert bl-isem ta’ “Tislima” mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-Direzzjoni ta' Sigmund Mifsud bil-Patroċinju tal-E.T. Dott. George Abela, President ta’ Malta u se jkun wieħed b’repertorju mill-isbaħ se jinkludi l-partiċipazzjoni tas-soprani Maria Abela Manconi u Kateriana Fenech bid-direzzjoni artistika ta’ Pawlu Borg Bonaci. 

Min jixtieq jattendi għal dan il-kunċert jista’ jakkwista l-biljett bi prezz ta’ €10, li l-qliegħ mill-bejgħ imur għall-Malta Community Chest Fund. Il-biljetti jinxtraw mill-Uffiċċju tal-President, fil-Palazz il-Belt u fil-Palazz ta’ San Anton (mid-9.00 sal-4.00pm) mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Il-biljetti jistgħu jinxtraw ukoll minn Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u t-Teatru Manoel, il-Belt Valletta mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10.00am sas-1.00pm, u mill-5.00pm sas 7.00pm. Is-Sibt jiftħu filgħodu biss. Min imur l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numri 21231350 jew 21226226.

F’din l-okkażjoni ser jitnieda l-ktieb “George Abela – Qalb in-nies”. Il-pubblikazzjoni se tkun għall-bejgħ u kull min jixtri l-ktieb ikun qed jgħin lill-Malta Community Chest Fund.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow