RAPPORT DWAR IL ĦIDMA U L ATTIVITAJIET TAL UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL VERIFIKA 2013
Is Sur Anthony C. Mifsud, Awditur Ġenerali, ippreżenta lil Dr Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, ir Rapport Annwali dwar il Ħidma u l Attivitajiet tal Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika (NAO) għas sena li għalqet fil 31 ta’ Diċembru 2013.
Fl introduzzjoni tiegħu għal din il pubblikazzjoni l Awditur Ġenerali ta daqqa t’għajn lejn l iżvolġiment tax xogħlijiet li l NAO daħal għalihom, u wettaq, matul is sena li dan ir Rapport qed jittratta.
F’dan ir Rapport hemm deskrizzjoni tal-mandat u l firxa ta’ xogħol tal Uffiċċju, kif ukoll tal-għanijiet operattivi tiegħu. Hemm elenkat ir-rapporti li ġew pubblikati mill-Uffiċċju matul l-2013, li jinkludu verifika finanzjarja u t’osservanza, verifika speċjali u investigattiva, verifika fuq l effettività, l effiċjenza u l ekonomija ta’ attivitajiet governattivi, u dik ta’ Informazzjoni Teknoloġika. Hemm ukoll ġabra fil qosor tar rapporti kollha ta’ verifika ppubblikati matul l 2013.
Hemm ukoll deskrizzjoni dwar ir relazzjonijiet li kellu l NAO mal Parlament permezz tal Kumitat dwar il Kontijiet Pubbliċi u l Kumitat tal Kontijiet tal Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika.
F’dan ir Rapport ingħatat deskrizzjoni tal iżviluppi relatati ma’ Riżorsi Umani li saru matul is sena, bħal dawk relatati mat-tibdil fin-numru tal-impjegati, ir reklutaġġ, miżuri li jiffavorixxu l familja, taħriġ tal-impjegati, kif ukoll il-Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati tal-Uffiċċju.
Ir Rapport jirreferi wkoll għall koperazzjoni li teżisti bejn l NAO u istituzzjonijiet oħra, bħall Amministrazzjoni Pubblika, l Università ta’ Malta, il-Media u s-Soċjetà Ċivili.
Ingħatat ukoll prominenza għall konferenzi u laqgħat oħra li saru lokalment u dawk barra minn pajjiżna li għalihom attendew uffiċjali għolja tal NAO. Attivitajiet lokali kienu jinkludu ż-żjara li saret, mill-impjegati tal-NAO, għand l-Eċċellenza Tiegħu, Dr George Abela, President ta’ Malta; iż-żjara mill- Ispeaker fl-NAO, kif ukoll żjara uffiċjali minn Dr Louis Galea, il-Membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Laqgħat barra minn Malta kienu jinkludu żjarat minn uffiċjali għolja tal-NAO għall-Kungress Internazzjonali għall-Istituzzjonijiet tal-Verifika Suprema f’Beijing f’Ottubru 2013, kif ukoll il laqgħa annwali tal Kumitat ta’ Kuntatt għall Istituzzjonijiet tal Verifika Suprema ta’ kull Stat Membru tal Unjoni Ewropea f’Vilnius, ukoll f’Ottubru 2013.
Fir-Rapport hemm ukoll aċċenn għall-preparazzjonijiet li qed isiru mill-Uffiċċju biex tiġi organizzata l-Konferenza tal-Awditur Ġenerali tal-Commonwealth li ser issir f’Malta bejn il-25 u s-27 ta’ Marzu 2014.
Kopja tar Rapport hija aċċessibbli taħt is sezzjoni Publications fuq il website tal NAO: http://www.nao.gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en