Left arrow Mur Lura

GĦADD TA’ OPPORTUNITAJIET GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI MATUL IS-SNIN LI ĠEJJIN - €90 MILJUN F’AKTAR STRUMENTI FINANZJARJI

pr140465
Date Icon 12/03/2014

“Fis-seba’ snin li ġejjin il-Gvern huwa kommess li inizjalment jikkommetti €15-il miljun permezz ta’ Fondi Ewropej fi strumenti finanzjarji bħal JEREMIE u l-SME Initiative. Dan l-investiment għandu jwassal sabiex l-intrapriżi żgħar u medji jkollhom l-opportunità li jibbenefikaw minn madwar €90 miljun f’self vantaġġuż.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa fil-bini tal-White Brothers Ltd., kumpanija li fix-xhur li għaddew ibbenefikat mill-inizjattiva JEREMIE.

Dr Borg fakkar kif dan il-Gvern f’Lulju 2013 apprezza l-importanza tal-iskema JEREMIE u estendiha b'aktar fondi sabiex madwar €11-il miljun oħra bħalissa qed jiġu amministrati mill-Bank of Valletta bħala l-Intermedjarju Finanzjarju. Minn dawn il-€11-il miljun matul l-aħħar sena ġew assorbiti digà €6 miljun, li jfisser li għad fadal madwar €5 miljun x’jiġu assorbiti mill-intrapriżi Maltin u Għawdxin.

Is-Segretarju Parlamentari ħabbar kif fl-aħħar sena bbenefikaw aktar minn 190 intrapriża żgħira u medja mill-inizjattiva JEREMIE. Dan qed jgħin lil diversi kumpaniji jżidu, jimmodernizzaw jew jiddiversifikaw l-operat tagħhom u b’hekk isaħħu l-kompetittività tagħhom. Dawn l-iskemi qegħdin jgħinu lil diversi setturi tal-ekonomija f’Malta u Għawdex  sabiex jiġu salvati l-impjiegi eżistenti filwaqt li joħolqu mpjiegi ġodda.

Id-Diretturi ta' White Brothers Ltd. spjegaw kif permezz ta' din l-inizjattiva huma ser jespandu l-operat tagħhom permezz ta' faċilitajiet ġodda f’Ħal-Far. Dan ser iwassal biex il-kumpanija żżid l-impjegati fix-xhur li ġejjin.

Bil-fatti, dan huwa Gvern li qed joffri għadd ta’ opportunitajiet lill-intrapriżi Maltin u Għawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow