Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI, SILVIO SCHEMBRI, JILTAQA’ MAL-KAMRA MALTIJA GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI, IL-GRTU

pr140459
Date Icon 11/03/2014

Din il-laqgħa kienet intenzjonata sabiex Silvio Schembri jkompli jisma’ kif jaħsbuha d-diversi setturi dwar ir-rati tal-imgħax mitluba mill-banek li finalment huma kruċjali għall-industrija lokali, speċjalment għan-negozji żgħar u medji fejn ir-riżorsi huma limitati ħafna. 

Silvio Schembri fisser li l-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji beda jistħarreġ is-suġġett tar-rati tal-imgħax mitluba mill-banek f’Malta fil-bidu ta’ din is-sena, waqt laqgħa li l-Kumitat kellu mal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.  Huwa kompla jispjega illi wara li jkunu kkonsultati r-rappreżentanti tad-diversi setturi milquta, il-ħsieb hu li l-Kumitat jorganizza seminar ta’ nofstanhar fejn ikunu mistednin kemm l-istakeholders ewlenin, kif ukoll rappreżentanti tal-banek Maltin biex jagħtu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar ir-rati ta’ imgħax applikabbli lokalment.

Fost issues oħra li ġew diskussi ġie elenkat illi n-negozji żgħar lokali huma iktar sensittivi għal interessi għolja mal-banek lokali u li ċ-charges tal-banek lokali huma pjuttost għoljin meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra.  

Fi tmiem il-laqgħa, intlaħaq qbil li l-GRTU tagħmel preżentazzjoni dwar l-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji lill-Kumitat.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm is-Sur Paul Abela, President tal-GRTU, is-Sur Philip Fenech President tat-Tourism, Hospitality and Leisure u s-Sinj Carmen Borg Eżekuttiv Uffiċċju, GRTU.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow