LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI GĦAL DAWK LI ESPRIMEW INTERESS FL-OPERAT TAT-TRASPORT PUBBLIKU
Kif stipulat f’Sezzjoni 10 tal-Espressjoni ta’ Interess għall-operat tat-trasport pubbliku, ilbieraħ filgħaxija saret laqgħa ta’ informazzjoni għal dawk l-individwi u kumpaniji, Maltin u barranin, li fil-ġimgħat li għaddew, esprimew interess li jipparteċipaw fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess.
Din il-laqgħa kienet waħda numeruża, li matulha saru għadd ta’ mistoqsijiet ta’ kjarifika lill-uffiċjali ta’ Transport Malta. Matul il-laqgħa saru u ġew imwieġbin mal-100 mistoqsija.
L-individwi u l-kumpaniji interessati għandhom sal-14 ta’ Marzu li ġej biex iressqu iżjed talbiet għal kjarifiki. Il-Gvern huwa kommess, kif jintqal fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess, li jwieġeb kull mistoqsija li tkun relevanti għall-proċess sal-24 ta’ Marzu.
Is-sejħa għal espressjoni ta’ interess tibqa’ miftuħa sas-7 ta’ April li ġej.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en