Left arrow Mur Lura

BŻONN TA’ COMMONWEALTH AKTAR ATTIV FIL-QASAM TAL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI”

pr140456
Date Icon 10/03/2014

Id-Deputat Prim Ministru jitkellem dwar l-irwol tal-Commonwealth sena qabel ma Malta tospita ċ-CHOGM

It-Tnejn filgħaxija id-Deputat Prim Ministru Louis Grech tkellem dwar il-valur tal-Commonwealth f’attività li saret fil-Ministeru għal-Affarijiet Barranin fejn kien qiegħed jirrappreżenta wkoll lill-Ministru George Vella li kien msiefer fuq xogħol tal-Gvern.

Id-Deputat Prim Ministru ngħaqad mal-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit Rob Luke u mal-Kummissarju Għoli Awstraljan Jane Lambert biex ifakkar fil-kisbiet li għamlet l-organiżazzjoni.

Huwa faħħar ix-xogħol li tagħmel il-Commonwealth u qal li għandu jkun hemm sforz biex dan jkun aktar viżibbli.

Hu semma l-ħidma fl-edukazzjoni, l-għajnuna teknika, u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll  fil-bini tad-demokrazija u favur il-paċi.

Is-Sur Grech qal li dan, però, mhux biżżejjed għax jemmen li l-Commonwealth għandu jsemma’ leħnu u jkun attiv iżjed internazzjonalment, speċjalment fil-qasam tal-kummerċ.

Minn attività kummerċjali ikbar bejn il-pajjiżi membri, għal-ħidma ta’ ko-ordinazzjoni dwar ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ u diskussjonijiet dwar l-ekonomija.  Fejn hawnhekk il-Commonwealth jista’ jippreżenta ħsieb globali u mhux biss ta’ xi reġjun jew ieħor.

Ħaġa oħra li għandha tingħata attenzjoni, fi kliem id-Deputat Prim Ministru, hija l-aġġornar tal-organiżazzjoni biex tkun aktar rilevanti  fid-dinja tal-lum, kif ukoll biex tuża l-enerġija u l-entużjażmu taż-żgħażagħ  biex tilqa’ għall-isfidi li għandha.

Id-Deputat Prim Ministru spiċċa d-diskors tiegħu b’referenza għas-summit tal-Commonwealth (CHOGM)  li se jsir f’Malta is-sena d-dieħla u qal li Malta qiegħda tistenna bil-ħerqa li taħdem ma’ sħabha fil-Commonwealth.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow