STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Il-ħatra tal-Bord saret biex tinvestiga numru sostanzjali ta' allegati inġustizzji li ma kinux investigati mill-Ombudsman.
Wara li Gvernijiet Nazzjonalisti injoraw lill-Ombudsman għal tant snin, issa l-Partit Nazzjonalista jrid jisma' x'għandha xi tgħid din l-istituzzjoni.
Il-Gvern għandu dritt juża dan u mekkaniżmi oħrajn biex jara li ssir ġustizzja ma' min twettqet inġustizzja.
Filwaqt li fir-rigward ta' każijiet li kienu diġà investigati mill-Ombudsman, il-Bord kellu biss l-poter li jara li r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ikunu implimentati.
Wieħed jistaqsi għala l-Kelliem tal-Oppożizzjoni qed jikkumenta issa li wasal iż-żmien li effetivament jiġu rimedjati dawn l-inġustizzji li seħħew taħt gvern Nazzjonalista, u li l-Bord tal-Inġustizzji sab li fil-maġġoranza tagħhom, jiġifieri sittin fil-mija kienu ġustifikati.
Il-Ministeru għall-Intern jistieden lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni biex jifli sew r-rapport tal-Ombudsman tal-2002, li fih jingħad li kien hemm manifestament deċiżjonijiet mhux ġusti fil-konfront ta' membri tal-armata taħt gvern Nazzjonalista, liema deċiżjonijiet fi kliem l-Ombudsman stess, wasslu għan-nuqqas ta' kunfidenza fl-Armata.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en