Left arrow Mur Lura

POLICY ĠDIDA DWAR L-INSTALLAZZJONI TA’ PANNELLI SOLARI F’HOUSING SOĊJALI

pr140440
Date Icon 08/03/2014

Imħabbra politika ġdida dwar l-installazzjoni ta’ pannelli solari f’appartamenti ta’ housing soċjali.

Ħabbret dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ddeskriviet din il-policy bħala waħda serja u li tissalvagwardja d-drittijiet ta’ kulħadd.

Qalet li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha għoxrin applikazzjoni pendenti.

Għaldaqstant, dawk interessati jridu japplikaw mal-Awtorità tad-Djar biex minn naħa tagħha tanalizza l-applikazzjonijiet.

Fost l-oħrajn tara kemm il-familja hija interessata fl-installazzjoni tal-pannelli, bi prijorità tingħata lil dik il-blokka bl-ikbar ammont ta’ familji interessati.

Il-Ministru Coleiro Preca sostniet li l-inkwilini interessati jridu jitolbu permess bil-miktub mill-inkwilini l-oħra kollha tal-blokka jew inkella l-permess tal-Assoċjazzjoni tar-residenti.

Il-ftehim, saħqet il-Ministru, jrid ikun wieħed notarili filwaqt li l-applikant irid jassigura li m’hemm l-ebda struttura illegali fuq il-bejt.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Awtorità tad-Djar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow